Go to content

Is-6 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-6 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (15:15-20)

Jekk trid tista’ tħares il-kmandamenti, u b’rieda tajba tista’ tkun fidil. Hu qegħedlek quddiemek in-nar u l-ilma; liema trid minnhom, midd idek għalih. Quddiem il-bniedem hemm il-ħajja u l-mewt, u liema tixtieq qalbu lesta għalih. Għax għerf il-Mulej hu bla qies, qawwi f’setgħetu u jara kollox. Għajnejh fuq dawk li jibżgħu minnu, u jagħraf kulma jagħmel il-bniedem. Lil ħadd ma qabbad jgħix ħażin, u lil ħadd ma rħielu jidneb.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 16 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġakbu 1:1-11; Salm 118:57.68-.71.72.75.76; Mark 8:11-13.
It-Tlieta 17 ta’ Frar: Ferja / Is-Seba’ Qaddisin Fundaturi tal-Ordni tas-Serviti ta’ Marija (T). Qari: Ġakbu 1:12-18; Salm 93:12-13a.14-15.18-19; Mark 8:14-21.
L-Erbgħa 18 ta’ Frar: L-Erbgħa tal-Irmied. Qari: Ġoel 2:12-18; Salm 50:3-6.12-14. 17;2 Korintin 5:20-6 :2; Mattew 6:1-6. 16-18.
Il-Ħamis 19 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 30:15-20; Salm 1:1-4. 6: Luqa 9:22-25.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 58: 1-9a; Salm 50:3-6a.18-19; Mark 9:14-15.
Is-Sibt 21 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 58:9-14; Salm 85:1-6.11; Luqa 5:27-32.

T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content