Is-6 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-6 Ħadd matul is-sena - Sena A
NISTGĦU NOQTLU BELF MOD

Ġesù ma jridx iwaqqa’ t-Torah, iżda jrid iwassalha għall-perfezzjoni, irid jidħol fil-qalba tagħha. Għax hi ngħatat minn Alla biex biha l-bniedem isib l-hena tiegħu.

Ġesù jħabbat wiċċu ma’ sitt kustjonijiet, sitt tifsiriet tal-Liġi, li fil-fehma tiegħu kienu ttraduti bil-kbir. Meta xlewh li ma jridx iħares il-liġijiet, Ġesù jdawwar ix-xilja u juri kif huma sewwasew l-għedewwa tiegħu li ma jridux ikollhom x’jaqsmu mal-liġijiet. U għalhekk jerġa’ jaqra l-Iskrittura u jerġa’ jġibha għall-perfezzjoni tagħha. Jieħu l-liġijiet magħmula mill-bnedmin biex jipprova jħares il-liġi ta’ Alla. Fuq il-kmandament la toqtolx ma tantx hemm x’tiddiskuti. U b’xi mod jew ieħor kulħadd jirrispetta din il-liġi, barra f’każ ta’ difiża leġittima. Dak li jagħmel Ġesù hu ħafna aktar radikali: ifakkar lil kulħadd li nistgħu noqtlu b’elf mod. Bil-ġudizzju, bil-kritika, bil-bruda, bil-bruda, bit-taqsis… Il-Fariżej u r-rabbini kienu jfissru l-Liġi bi żvantaġġ għan-nisa, huma u jawtorizzaw id-divorzju maskilista. Ġesù jiċħad din l-opportunità, ifisser biċ-ċar li dan ma jaqbilx mar-rieda ta’ Alla, jittradixxiha. Alla jaħseb li raġel u mara jistgħu jgħixu flimkien ħajjithom kollha u li l-passjonijiet u s-sentimenti qegħdin hemm biex jaqdu lin-nies u mhux biex jaħkmu l-għażliet tagħhom.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content