Is-6 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-6 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-IMĦABBA TAF TIMXI BIL-PASS TAL-MAĦBUB
Fit-tensjoni bejn l-imgħoddi u l-preżent, l-għażliet estremi huma essenzjalment tnejn: jew nistaġnaw fl-imgħoddi, jew nissolutizzaw il-waqt ta’ issa filwaqt li naqtgħuh minn għeruqu. Iż-żewġ għażliet huma riduttivi u jwasslu lejn sterilità mill-qiegħ li tiġi għax wieħed ma jħarisx lejn il-ħajja fis-sħuħija tagħha. Jiġri, ngħidu aħna, li tħares lejn il-kisbiet tiegħek tal-imgħoddi u tistmerrhom għax imqabblin mal-kisbiet tal-lum huma affarijiet tat-tfal. Ma taħsibx li jekk illum ksibt dawn ir-riżultati u din il-ħila, hu għaliex ilbieraħ kont hemm u kont tagħmel dawk l-istess opri li llum tistmerr. Il-maturità sseħħ meta tħaddan il-ġrajja kollha tiegħek, bil-ħarsa mimlija bil-barka li tara kontinwità u żvilupp... Din l-istess liġi tiswa għar-rabta bejn it-Testment il-Qadim u l-Ġdid. Għandna naraw l-iżvilupp u l-evoluzzjoni ta’ ġrajja ta’ mħabba bejn Alla u l-bniedem, magħmula minn passi gradwali fl-imħabba. Għaliex l-imħabba taf timxi bil-pass tal-maħbub. Ir-rivelazzjoni tal-“liġi tal-imħabba” ma tiċħadx il-Liġi, iżda torjentaha u ddawwalha.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content