Go to content

Is-6 Ħadd il-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-6 Ħadd tal-Għid - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (10:25-26.34-35.44-48)

X’ħin daħal Pietru fid-dar ta’ Kornelju, dan mar jilqgħu u ntefa’ f’riġlejh jagħtih qima. Imma Pietru qajmu u qallu: «Qum. Jien bniedem ukoll.»
Pietru qabad jitkellem u qal: «Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ lil kull min għandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu jkun.»
Meta Pietru kien għadu qiegħed jgħid dan, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq dawk kollha li kienu jisimgħuh. Dawk li kienu marru ma’ Pietru, Lhud li kienu emmnu, stagħġbu kif Alla sawwab id-don tal-Ispirtu s-Santu fuq il-pagani wkoll. Għax semgħuhom jitkellmu bl-ilsna u jfaħħru l-kobor ta’ Alla.
Imbagħad Pietru qal: «Jista’ xi ħadd jiċħad l-ilma tal-magħmudija lil dawn in-nies, li ħadu l-Ispirtu s-Santu bħalma ħadnieh aħna wkoll?» U ordna li jitgħammdu fl-isem ta’ Kristu. Imbagħad huma talbuh jibqa’ għal ftit jiem magħhom.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 6 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 16:11-15; Salm 149:1-6.9; Ġwanni 15:26–16: 4.
It-Tlieta 7 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 16:22-34; Salm 137:1-3.7-8; Ġwanni 16:5-11.
L-Erbgħa 8 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 17:15.22–18:1; Salm 148:1-2.11-14; Ġwanni 16:12-15.
Il-Ħamis 9 ta’ Mejju: San Ġorġ Preca, presbiteru u fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. (F). Qari: Sirak 21:11-17: 21 jew 2 Timotju 2:1-11; Salm 119:33-42; Mark 16:14.16-20.
Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid / San Ġwann ta’ Avila, presbiteru u duttur tal-Knisja (T). Qari: Atti 18:9-18; Salm 46:2-7; Ġwanni 16:20-23a.
Is-Sibt 11 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 18:23-28; Salm  46:2-3.8-9.10; Ġwanni 16:23b-28.

F= Festa; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content