Is-6 Ħadd tal-Għid sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-6 Ħadd tal-Għid sena B

“IBQGĦU FL-IMĦABBA TIEGĦI”

Fil-kitbiet tiegħu San Ġwann jgħid li Alla huwa mħabba u jfisser sa fejn tasal din l-imħabba li hi infinita u wisq ogħla mill-imħabba kif nifhmuha aħna l-bnedmin. Din l-imħabba dehret fil-milja tagħha fil-persuna ta’ Ġesù ta’ Nazaret, li hu l-Verb ta’ Alla magħmul bniedem. Hu ħabbna billi ta ħajtu għalina u għarrafna dak kollu li l-Missier riedu jgħarrafna. Din l-imħabba tidher b’mod mill-aktar ċar fil-frażi ta’ Ġesù stess: “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.” Biex Nisrani jseħħlu jħobb tabilħaqq lill-oħrajn (= lill-bnedmin kollha bla ebda għażla), u b’hekk ikun Nisrani veru, jeħtieġ li jgħix magħqud ma’ Kristu.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content