Is-6 Ħadd tal-Għid B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-6 Ħadd tal-Għid sena B

IX-XANDIR TA' KRISTU

Il-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd huwa l-qalb tħabbat u l-aktar parti essenzjali tax-xandir kollu ta’ Kristu. Jgħallimna li aħna m’aħniex biss maħbubin, iżda aħna maħbubin “minn Alla”… Biex niftiehmu, intenni: aħna maħbubin bl-istess Imħabba li biha l-Missier iħobb lill-Iben. Ma kontx nissogra ngħidu kieku ma qalux Ġesù nnifsu: «Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi.» Dan il-versett huwa l-Vanġelu kollu. L-imħabba ta’ Alla għalina mhijiex imħabba li tgħaddi, lanqas mhi kwantità kbira ta’ attenzjoni u mħabba: hija s-sħuħija ta’ Alla nnifsu. «Ħabbejtek bi mħabba bla tmiem,» naqraw fit-Testment il-Qadim. Sewwa wisq, Ġesù jurina t-tifsira ta’ din l-istqarrija ta’ Alla. L-Iben huwa l-imħabba kollha tal-Missier, Imħabba mnebbħa li hi l-Ispirtu s-Santu. U hi sewwasew din l-Imħabba li l-Missier fi Kristu u ma’ Kristu jsawwab fuqna u fina. Il-ħajja Nisranija kollha hija n-novizzjat biex wieħed jilqa’ l-investitura ta’ din l-Imħabba u biex jgħammar f’dar l-imħabba tat-Trinità.  
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content