Is-27 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ħabakkuk (1:2-3;2:2-4)
Mulej, kemm sa ndum nokrob għall-għajnuna u int ma tismax, jew ngħajjat: «Vjolenza!» u int ma ssalvax? Għaliex turini l-ħażen, u inti toqgħod tħares lejn il-ħtija? Quddiemi qerda u vjolenza, hemm it-tilwim, u l-ġlied dejjem jiżdied.
Imbagħad il-Mulej wieġeb u qalli: «Ikteb id-dehra, onqoxha fuq tavlozzi, hekk li jkun jista’ jħaffef min jaqraha. Għax id-dehra sseħħ meta jkun waqtha, tistenna sa ma ttemm, u ma tqarraqx. Jekk hija ddum ma tasal, int stennieha, għax tiġi żgur, ma tiddawwarx ma tasal! Arah jinfena min mhux ruħu sewwa, iżda l-ġust jgħix bil-fedeltà tiegħu.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 6 ta’ Ottubru: Ferja / San Bruno, presbiteru (T). Qari: Ġona 1:1-2:1.11; Salm Ġona 2:2-5.8; Luqa 10:25-37.
■ It-Tlieta 7 ta’ Ottubru: L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju (TO). Qari: Ġona 3:1-10; Salm 129:1-4ab.7-8; Luqa 10:38-42.
■ L-Erbgħa 8 ta’ Ottubru: Arċidjoċesi ta’ Malta L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta (F). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3-5.10-11; Luqa 19:1-10.
■ Djoċesi ta’ Għawdex Ferja. Qari: Ġona 4:1-11; Salm 85:3-6.9-10; Luqa 11:1-3.
■ Il-Ħamis 9 ta’ Ottubru: Ferja / San Dijonisju, isqof u sħabu, martri (T) / San Ġwann Leonardi, presbiteru (T). Qari: Malakija 3:13-20; Salm 1:1-4.6; Luqa 11:5-13.
■ Il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Ġoel 1:13-15;2:1-2; Salm 9:2-3.6.16.8-9; Luqa 11:14-26.
■ Is-Sibt 11 ta’ Ottubru: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja / San Ġwanni XXIII, papa (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Ġoel 4:12-21; Salm 96:1-2.5-6.11-12; Luqa 11:27-28.
■ Djoċesi ta’ Għawdex L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral (F). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3-5.10-11; Luqa 19:1-10.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.