Is-27 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-27 Ħadd matul is-sena Ċ
TAFDAX FIĊ-ĊERTEZZI LI TAĦSEB LI GĦANDEK

L-Appostli, wara waqt ta’ entużjażmu kbir minħabba s-suċċessi tan-Nazzarenu, bdew jaħbtu mal-limitu tagħhom u mal-ostilità ta’ xi Fariżej u bdew iħossu l-fjamma ċkejkna tal-fidi tnemnem.

Afdaw, tgħid il-Kelma, afda, iżda tafdax fiċ-ċertezzi li taħseb li għandek. Il-fidi hija t-telqien bir-raġuni f’dirgħajn il-maħbub, il-ġest bla ħsieb ta’ xejn tat-tifel żgħir li jintelaq f’dirgħajn missieru. M’aħniex imsejħin biex nafdaw f’misteru li ma nifhmuhx, biex nimxu bil-għama fuq ordnijiet li jagħti Alla, biex inbaxxu rasna quddiem rieda iebsa u ma tiftihemx ta’ xi moloch li fih ikollna nemmnu. Alla ta’ Israel jitlob il-fiduċja, Alla li mexa fid-deżert u bata, Alla li sieħeb u dawwal tribù ta’ bedwini u għamilha poplu tat-tama, Alla li dawwal is-slaten ta’ Israel, Alla li ħataf lill-bnedmin mill-mergħa u mill-art u ħatarhom profeti, Alla li – mifni – sar bniedem (dgħufija, għaja, għaraq, deċiżjoni, riskju) biex jidher quddiemna u jitlobna fiduċja. Alla li wera miljun darba kemm iħobb sa ma jweġġa’. Afdaw għall-anqas daqs żerriegħa tal-mustarda, jgħid l-Imgħallem. Dik tagħna mhijiex il-fidi tal-merti, bħal dik tal-Fariżej. Alla jagħti lil kull wieħed skont il-ħtieġa tiegħu, mhux skont il-mertu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content