IS-27 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (2:18-24)
Il-Mulej Alla qal: «Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih.»
U l-Mulej Alla sawwar mill-art l-annimali selvaġġi u t-tajr kollu tal-ajru, u ġiebhom quddiem il-bniedem biex jara xi jsemmihom; u skont ma jkun il-bniedem semma’ lil kull ħliqa ħajja, dak ikun isimha. U l-bniedem ta isem lil kull bhima u ’l kull tajra tal-ajru, u ’l kull annimal selvaġġ; imma għall-bniedem ma nstabet ebda għajnuna tgħodd għalih. U l-Mulej Alla tefa’ nagħsa tqila fuq il-bniedem; u dan raqad. U ħadlu waħda minn kustiljih u flokha mlieh bil-laħam. U l-Mulej Alla sawwar il-kustilja, li kien ħa mill-bniedem, f’mara u ġiebha lill-bniedem. Imbagħad il-bniedem qal: «Din id-darba din hi għadma minn għadmi, u laħam minn laħmi, għalhekk tissejjaħ mara, għax mir-raġel ittieħdet hi.» Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 7 ta’ Ottubru: L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju (TO). Qari: Galatin 1:6-12; Salm 110:1-2.7-10; Luqa 10:25-37.
■ It-Tlieta 8 ta’ Ottubru: f’Malta: L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta (F). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3-5.10-11; Luqa 19:1-10; ■ f’Għawdex: Ferja. Qari: Galatin 1:13-24; Salm 138:1-3.13-15; Luqa 10:38-42.
■ L-Erbgħa 9 ta’ Ottubru: Ferja / San Djonisju, isqof u sħabu, martri (T) / San Ġwann Leonardi, presbiteru (T). Qari: Galatin 2:1-2.7-14; Salm 85:3-6.9-10; Luqa 11:1-4.
■ Il-Ħamis 10 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Galatin 3:1-5; Salm Luqa 1:69-73.75; Luqa 11:5-13.
■ Il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru: f’Malta: Ferja / San Ġwanni XXIII, papa (T). Qari: Galatin 3:7-14; Salm 9:2-3.6.6.8-9; Luqa 11:15-26; ■ f’Għawdex: L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral (F). Qari: 1 Slaten 8:22-23.27-30; Salm 83:3-5.10-11; Luqa 19:1-10.
■ Is-Sibt 12 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T). Qari: Galatin 3:22-29; Salm 104:2-7; Luqa 11:27-28.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.