Is-27 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-27 Ħadd matul is-sena B

ID-DIJA TAD-DAWL
«Mingħajr id-dija tad-dawl tiegħu, mudlama tibqa’ kull ħajja. Biss il-laqgħa sinċiera tal-qlub li jinħabbu tqegħedna fuq l-għatba tal-misteru mill-aktar imfewwaħ.» Davide Montagna, fil-fwieħa ta’ dan il-kliem mill-isbaħ, jgħinna nidħlu fil-paġna tal-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd taż-żmien matul is-sena. Hija żegħila ħelwa li ttaffi l-ebusija tal-qalb meta titkellem dwar rifjut u firda. L-istil ta’ Ġesù infatti donnu jmur lil hinn mill-iskemi tas-soltu; lilu jinteressah li jmur fil-qalba tal-ħajja umana u għalhekk ifittex li jnebbaħha, idawwalha, ifarraġha u jġeddidha filwaqt li jgħallimna nitfgħu ħarsitna fuq il-mod kif jaħseb Alla. Żewġ persuni jħobbu lil xulxin, ifittxu lil xulxin u jikbru flimkien fl-imħabba sa ma jsiru ġisem wieħed: għaqda ta’ żewġ libertajiet. Il-ħidma ta’ Alla sa mill-bidu hija dik li tgħaqqad il-ħajjiet! Hija ż-żamma ħajja tan-nar tal-imħabba bejn il-miżżewġin, huwa l-impenn bis-saħħa kollha tat-tkabbir ta’ din l-imħabba kuljum. L-imħabba tixxennaq għall-korteġġament u l-kura dejjiema! L-għajxien taż-żwieġ b’qalb iebsa jwassal għat-telfien tal-ħarsien u l-fedeltà li jkebbsu t-tbissima u l-ħolma ta’ żewġ persuni li jgħixu mgħaddsin f’ħarsa waħda ta’ mħabba bla tmiem.



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content