Is-27 Ħadd matul is-sena B
INSIERU BĦAT-TFAL
F’dan il-Vanġelu l-ewwel hemm is-superament ta’ liġi maskilista li kienet tppermetti lir-raġel li «jagħmel il-kitba tad-divorzju» biex jinħall minn martu (iżda mhux bil-maqlub). Dan id-divorzju, kif kien jgħallem ir-rabbi famuż Ħillel, seta’ jsir għal kull raġuni anki l-aktar waħda banali, anki jekk il-mara bi żball taħraq l-ikel! Iżda f’dan il-Vanġelu hemm wisq aktar minn hekk. Aktar minn raġunament fuq is-siwi tad-divorzju, Ġesù jistedinna nirriflettu fuq ir-raġunijiet li għalihom isir. Mingħajr ma rridu nkunu sempliċisti, ir-raġuni tat-tmiem tal-imħabba tinsab fl-ebusija tal-qalb li tiġi bit-tiġmigħ tad-dwejjaq, meta l-ieħor ma jibqax jogħġob u jibda jittieħed for granted. Għandu tifsira qawwija l-fatt li s-silta Mark qegħedha maġenb it-tifħir ta’ Ġesù lit-tfal. Il-qalb u l-għajnejn ta’ tifel fihom l-istagħġib, huma art tajba li tilqgħek u fihom dak id-dawl li bih il-qalb tibqa’ miftuħa u ratba, bil-ħila li tħoss u tagħti ħajja u mħabba.