Go to content

Is-26 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-26 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Għamos (6: 1a.4-7)

Dan jgħid il-Mulej li jista’ kollox: «Ħażin għalihom dawk li f’Sijon għandhom moħħhom mistrieħ, dawk li qalbhom qawwija fil-muntanja tas-Samarija! Fuq sodod tal-avorju mimduda, jitmattru fuq il-friex; u ħrief il-merħla jieklu, għoġiela mill-istalla. Mal-arpa jqabblu l-għana, bħal David strumenti jivvintaw. L-inbid ilegilguh minn bwieqi kbar, u bl-ifjen żjut jindilku, bla xejn ma jsewdu qalbhom għall-qerda ta’ Ġużeppi. Għalhekk ikunu l-ewwel fost dawk li jittieħdu fl-eżilju, u tintemm imbagħad l-għajta tal-imhejmin.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 29 ta’ Settembru: L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel (F). Qari: Danjel 7:9-10.13-14 jew Apokalissi 12:7-12; Salm 137:1-5; Ġwanni 1:47-51.
It-Tlieta 30 ta’ Settembru: San Ġirolmu, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Żakkarija 8:20-23; Salm 86:1-7; Luqa 9:51-56.
L-Erbgħa 1 ta’ Ottubru: Santa Tereża tal-Bambin Ġesù (TO). Qari: Neħemija 2:1-8; Salm 136:1-6; Luqa 9:57-62.
Il-Ħamis 2 ta’ Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa (TO). Qari: Eżodu 23:20-23; Salm 90:1-6.10-11; Mattew 18:1-5.10.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Baruk 1:15-22; Salm 78:1-3.5.8-9; Luqa 10:13-16.
Is-Sibt 4 ta’ Ottubru: San Franġisk ta’ Assisi, djaknu (TO). Qari: Baruk 4:5-12.27-29; Salm 68:33-37; Luqa 10:17-24.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content