Is-26 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-26 Ħadd matul is-sena Ċ
HEMM “LAZZRI” OĦRA QUDDIEM BIEBI?
 
Lazzru ma kienx wieħed li l-għani ma kienx jafu. Għarfu xħin rah fi ħdan Abraham u kien jafu saħansitra b’ismu. Dan l-għarfien inħossu jistaqsini. Hemm “Lazzri” oħrajn quddiem biebi? Nies li nafhom b’isimhom, li magħhom niltaqa’ (jew li magħhom naħbat) kuljum u ma nagħtix kashom, ma nagħtix kas ta’ ħajjithom, ta’ ħsushom? Lazzru mhux bilfors hu bniedem li jeħtieġ il-ħobż. Xi drabi hu bniedem li jeħtieġ l-attenzjoni, is-smigħ, l-inkoraġġament, iżda wkoll li jkun jeħtieġ min iħeġġu biex ma jifgax fih innifsu, bniedem li għandu mnejn ikun għaddej minn żmien ħażin fil-qasam spiritwali u jkun jeħtieġ xi ħadd li jissieħeb miegħu bħala ħuh fl-Ispirtu biex jerġa’ jqum. Kull wieħed għandu l-“Lazzri” u l-kuxjenza ta’ kull wieħed, imdawla mill-Ispirtu, taf turi t-triq biex jimtela l-abiss sakemm qegħdin fil-ħin. Il-parabboli ta’ Ġesù, infatti, ma jingħadux biex iwerwru l-ġejjieni tagħna, iżda biex jordnaw u jtejbu l-preżent tagħna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content