Is-26 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-26 Ħadd matul is-sena Ċ
ALLA JAFEK B'ISMEK JEW LE?

Luqa, illum, isemmgħalna parabbola traġika li theżżiżna minn ġewwa: il-ġrajja ta’ Lazzru u l-wikkiel għani. Ġrajja li tista’ tfisser tajjeb il-kontradizzjoni ħarxa tad-dinja li qed ngħixu fiha.

Alla jaf b’ismu lil Lazzru l-fqajjar (l-isem f’Israel hu wirja ta’ dak li hu intimu: Alla jagħraf it-tbatija ta’ dan it-tallab!) filwaqt li l-wikkiel għani ma għandux isem li – fost l-oħrajn – mhuwiex deskritt bħala bniedem ħażin, iżda biss li hu wisq moħħu fl-interessi tiegħu biex jintebaħ bil-fqir li qed imut bil-ġuħ fuq l-għatba ta’ daru… Alla lill-wikkiel għani ma jafux, hu biżżejjed għalih innifsu, ma jeħiġux lil Alla, fid-dieher ma hemm ebda problema reliġjuża, hu biered bil-kbir u jibqa’ ’l bogħod mill-ġewwieni tiegħu. U Alla jirrispetta dan il-bogħod. Il-qalba tal-parabbola mhijiex il-vendetta ta’ Alla li jaqleb ta’ taħt fuq il-qagħda tal-għani u l-fqir, kif aħna nixtiequ naħsbu, f’xorta bil-maqlub ta’ kif kien jgħix fuq l-art. Is-sens tal-parabbola, il-kelma-muftieħ biex nifhumha hi: dagħbien. Hemm dagħbien bejn l-għani u Lazzru, dagħbien li ma jimteliex. Ħajjet l-għani, li mhux ikkundannat għax għani, imma għax biered, hi kollha miġbura f’din ix-xbieha terribbli: hi l-abiss ta’ ħajtu. L-abiss jinsab f’qalbu, fiċ-ċertezzi foloz tiegħu, fl-arroganza tiegħu, fl-inkwiet ċkejken u bla siwi tiegħu.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content