Go to content

Is-26 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IS-26 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tan-Numri (11:25-29)

F’dak iż-żmien, il-Mulej niżel fi sħaba jkellem lil Mosè, u ħa mill-ispirtu li kellu fih, u tah lis-sebgħin xiħ; u ġara li, hekk kif l-ispirtu qagħad fuqhom, bdew jipprofetizzaw, imma ma ssuktawx.
Issa fil-kamp kien baqa’ żewġt irġiel, wieħed jismu Eldad u l-ieħor Medad, u fuqhom ukoll niżel l-ispirtu. Hekk dawn ġew magħduda mal-magħżulin għax, għalkemm ma marrux fit-tinda, bdew jipprofetizzaw fil-kamp.
Dlonk mar wieħed żagħżugħ jgħarraf b’dan lil Mosè, u qallu: «Eldad u Medad qegħdin jipprofetizzaw fil-kamp.» U Gożwè bin Nun, li minn ċkunitu kien qaddej ta’ Mosè, qabad u qal: «Sidi Mosè, tħallihomx aktar.» Iżda Mosè wieġbu: «Jaqaw qiegħed tgħir minħabba fija? Jalla l-poplu tal-Mulej ikun kollu profeti, u jalla l-Mulej iqiegħed fuqhom l-ispirtu tiegħu!»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
U INT FEJN INT?
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 30 ta’ Settembru: San Ġirolmu, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Ġob 1:6-22; Salm 16:1-3.6-7; Luqa 9:46-50.
It-Tlieta 1 ta’ Ottubru: Santa Tereża tal-Bambin Ġesù (TO). Qari: Ġob 3:1-3.11-17.20-23; Salm  87:2-8; Luqa 9:51-56.
L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa (TO). Qari: Eżodu 23:20-23; Salm 90:1-6.10.11; Mattew 18:1-5.10.
Il-Ħamis 3 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Ġob 19:21-27; Salm 26:7-9.13-14; Luqa 10:1-12.
Il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru: San Franġisk ta’ Assisi, djaknu (TO). Qari: Ġob 38:1.12-21; 40:3-5; Salm 138:1-3.7-10.13-14; Luqa 10:13-16.
Is-Sibt 5 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T) / Santa Fawstina Kowalska, verġni (T). Qari: Ġob 42:1-3.5-6.12-17; Salm 118:66.71.75.91.125.130; Luqa 10:17-24.

TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content