Go to content

Is-26 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-26 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel (18:25-28)

Dan jgħid il-Mulej: «Intom tgħidu: “Mhijiex sewwa l-imġiba tal-Mulej!” Issa isimgħu, dar Israel: Forsi l-imġiba tiegħi mhijiex sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhijiex sewwa?
Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen, u jmut minħabba dan, minħabba ħżunitu jkun miet.
Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub li jkun għamel, u jagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu. Għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u ma jmutx.»
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 2 ta’ Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa (TO). Qari: Eżodu 23:20-23; Salm 90:1-6.10-11; Mattew 18:1-5.10.
It-Tlieta 3 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Żakkarija 8:20-23; Salm 86:1-3.4-5.6-7; Luqa 9:51-56.
L-Erbgħa 4 ta’ Ottubru: San Franġisk ta’ Assisi, djaknu (TO). Qari: Neħemija 2:1-8; Salm 136:1-2.3.4-5.6; Luqa 9:57-62.
Il-Ħamis 5 ta’ Ottubru: Ferja / Santa Fawstina Kowalska, verġni (T). Qari: Neħemija 8:1-4a.5-6.7b-12; Salm 18:8.9.10.11; Luqa 10:1-12.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru: Ferja / San Bruno, presbiteru (T). Qari: Baruk 1:15-22; Salm 78:1-2.3-5.8.9; Luqa 10:13-16.
Is-Sibt 7 ta’ Ottubru: L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju (TO). Qari: Baruk 4:5-12.27-29; Salm 68:33-35.36-37; Luqa 10:17-24.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content