Is-26 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-26 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-GĦAŻLIET

Bejn il-kliem u l-fatti hemm il-baħar jikkumbatti. Quddiem il-missier, it-tieni iben fil-bidu jaqta’ figura sabiħa. Iwieġeb lil missieru li jitolbu jmur jaħdem fl-għalqa: «Arani sejjer, sidi.» Iżda mbagħad ma marx u l-figura kerha li qata’ hija agħar minn ta’ dak li mill-ewwel qal le. Il-parabbola ta’ Ġesù fuq iż-żewġ aħwa toħloq kuntrast fl-imġiba, li mhux marbut mar-razza jew mal-istat soċjali (kif kieku riedu l-għedewwa ta’ Ġesù). Anzi, it-tnejn tal-parabbola huma aħwa, ulied l-istess missier. Il-kuntrast għalhekk hu bejn min jistaqsi lilu nnifsu dwar l-għażliet li jagħmel u min le. Dal-Vanġelu ikellem lil min jaħseb li għandu ċerta  “expertise” fil-ħwejjeġ ta’ Alla u jistiednu ma jeħilx maċ-ċertezzi tiegħu tal-imgħoddi u jkellem ukoll lil min jitħabat mal-“iva” tiegħu. Ara, għalija u għalik hawn Vanġelu, bxara tajba mingħand Alla li tixħet fuqna r-responsabbiltà quddiem l-għemejjel tagħna u quddiem kliemna, għaliex Alla ma jagħmilx għażliet bejn il-persuni. U bħalma jgħid il-profeta Eżekjel, kulħadd jista’ jiġġedded b’mod eżistenzjali: «Jekk il-bniedem ħażin jindem mill-ħażen tiegħu li jkun għamel u jagħmel dak li hu tajjeb u ġust, hu jgħix u ma jmutx.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content