Is-26 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-26 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-"IVA" TAGĦNA

Sikwit fil-Bibbja, ir-rabta bejn Alla u l-poplu tieħu l-għamla fuq ix-xbieha tad-dielja: Alla huwa l-bidwi li jieħu ħsieb id-dielja b’ħerqa kbira. Ix-xbieha ta’ Alla li jitlobna mmorru naħdmu fl-għalqa tad-dwieli tiegħu hija xhieda tal-intimità li Alla jrid li jkollu magħna.

Alla, jgħid il-Mulej, jippreferi lil dak li jiċħad il-preżenza tiegħu. Kemm-il darba “le” tkun sinjal ta’ diffikultà, talba mistura ta’ kjarifika, xprun għad-djalogu! Kemm-il darba ltqajt ma’ nies li jistqarru li huma atei, u lil Alla jgħidulu “le”. Iżda lil hinn minn dak li jidher, aħna u niddjalogaw u nisimgħu lil xulxin, joħroġ li dak il-“le” jkun xi ħaġ’oħra. Le għal fidi faċċola. B’danakollu, kif jiġu wiċċ imb wiċċ ma’ wiċċ differenti ta’ Alla, għal uħud il-“le” jsir “iva” sħiħ u mhux mistenni. Bħal dak l-iben tal-parabbola. Il-konklużjoni ta’ Ġesù taħraq: in-nisa tat-triq u l-Pubblikani jilħqu qabilkom. Jilħqu qabilna. Iċ-ċaħda tagħhom kienet definittiva u drammatika, qalu “le” għar-reliġjożità riservata għas-safjin. Iżda ċ-ċertezzi tagħhom, issa, jitfarrku quddiem in-Nazarenu li jitħaddet dwar Alla bit-tbissima. Għall-oħrajn, għad-devoti, min jiżbalja jibqa’ mmarkat għal għomru. Għal Alla mhux hekk; hu jista’ jagħmel xhieda u dixxipli saħansitra minn midinbin pubbliċi. Aħna, ħaddiema tal-ewwel siegħa, ulied maħbuba mill-Missier, ejjew inħallu l-Kelma torbotna, tbiddlilna qlubna, biex l-“iva” tagħna tkun dejjem awtentika.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content