Go to content

Is-16 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-16 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (18:1-10a)

F’dak iż-żmien, il-Mulej deher lil Abraham ħdejn il-ballut ta’ Mamri; u hu kien fil-bieb tal-għarix fl-aqwa tas-sħana tal-jum.
U rafa’ għajnejh u ħares, u ra tlitt irġiel weqfin quddiemu; u malli rahom mar jiġri jilqagħhom mill-bieb tal-għarix u nxteħet wiċċu fl-art quddiemhom. U qal: «Sidi, jekk jien sibt ħniena f’għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek. Ħa nġib ftit ilma u aħslu riġlejkom, u strieħu taħt is-siġra, sakemm inġibilkom gidma ħobż, biex titrejqu, imbagħad tibqgħu sejrin - għax għalhekk għaddejtu għand il-qaddej tagħkom.» U huma qalulu: «Tajjeb, agħmel kif għidt.»
U Abraham ħaffef lejn l-għarix, ħdejn Sara, u qalilha: «Fittex lesti tliet sigħan smid, agħġnu u agħmlu ftajjar.» U Abraham mar jiġri ħdejn il-baqar u ħa għoġol tari u sabiħ, u tah lill-qaddej; u dan fittex ilestih. U ħa l-baqta u l-ħalib u l-għoġol li kien lesta, u qegħedhom quddiemhom. U hu baqa’ bilwieqfa quddiemhom taħt is-siġra, u huma bdew jieklu. U staqsewh: «Fejn hi Sara, martek?» U hu weġibhom: «Hemm fl-għarix.» U qallu: «Nerġa’ niġi għandek bħal dan iż-żmien sena, u ara, Sara martek ikollha iben.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 21 ta’ Lulju: Ferja / San Lawrenz ta’ Brindisi, presbiteru u duttur tal-Knisja (T). Qari: Eżodu 14:5-18; Salm Eżodu 15:1-6; Mattew 12:38-42.
It-Tlieta 22 ta’ Lulju: Santa Marija Maddalena (F). Qari: Għanja tal-Għanjiet 3:1-4a jew 2 Korintin 5:14-17; Salm 62:2-6-9; Ġwanni 20:1-2.11-18.
L-Erbgħa 23 ta’ Lulju: Santa Briġida, reliġjuża u patruna tal-Ewropa (F). Qari: Galatin 2:19-20; Salm  33:2-11; Ġwanni 15:1-8.
Il-Ħamis 24 ta’ Lulju: Ferja / San Xarbel Makhluf, presbiteru (T). Qari: Eżodu 19:1-2.9-11.16-20b; Salm Danjel 3:52-56; Mattew 13:10-17.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju: San Ġakbu, appostlu (F). Qari: 2 Korintin 4:7-15; Salm 125:1-6; Mattew 20:20-28.
Is-Sibt 26 ta’ Lulju: San Ġwakkin u Sant’Anna, ġenituri tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: Eżodu 24:3-8; Salm 49:1-2.5-6.14-15; Mattew 13:24-30.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content