Is-16 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-16 Ħadd matul is-sena Ċ
L-AĦJAR SEHEM

Din is-silta tfakkarna li l-bniedem sħiħ hu magħmul minn ruħ u ġisem. Kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem huma importanti; it-tnejn ħalaqhom Alla, u t-tnejn huma ddestinati li jingħaqdu ma’ Alla fl-eternità. Il-Mulej ma salvax biss ir-ruħ imma l-ġisem ukoll, għax salva lill-bniedem sħiħ. It-tnejn huma importanti iżda mhux indaqs: ir-ruħ trid tingħata l-preċedenza. F’din il-ġrajja, l-azzjoni ta’ Marija tirrappreżenta lil dawk li jaħsbu biss fir-ruħ u jagħtu ftit importanza lill-ġisem. Hi ħalliet kull ħidma oħra u qagħdet tisma’ kliem Ġesù. L-azzjoni ta’ Marta tirrappreżenta lil dawk li aktar jagħtu importanza lill-ħidma milli lis-smigħ tal-Kelma, u donnhom li lil din iridu jaqtgħuha mill-kontemplazzjoni tal-Kelma. Ġesù jfaħħar lil Marija, li “għażlet l-aħjar sehem”, iżda dan ma jfissirx li b’hekk maqdar lil Marta, li ħejjietlu x’jiekol u x’jixrob. Bi kliemu Ġesù jrid juri li l-meditazzjoni u t-talb huma aktar importanti mill-ħidma materjali, għax din trid tkun mibnija fuqhom, iżda jrid juri wkoll li l-ħidma materjali għandha l-importanza kbira tagħha u li din tieħu tifsira aqwa meta tkun imsieħba u msejsa fuq is-smigħ tal-Kelma u t-talb. Ħidma materjali waħedha hi bħal ġisem bla ruħ.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content