Go to content

Is-16 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IS-16-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (23:1-6)

Dan jgħid il-Mulej: «Gwaj għar-ragħajja li jeqirdu u jxerrdu l-merħla tal-mergħa tiegħi – oraklu tal-Mulej.
Għalhekk dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Israel, lir-ragħajja, li jirgħu l-poplu tiegħi: Intom xerridtu n-nagħaġ tiegħi, gerrixtuhom u ma ħadtux aktar ħsiebhom. Arawni, sa naħseb fikom jien minħabba l-ħażen ta’ għemilkom – oraklu tal-Mulej.
U jiena niġbor il-fdal tan-nagħaġ tiegħi mill-artijiet kollha li xerridthom fihom, u rreġġagħhom lura lejn il-mergħa tagħhom, u jnisslu u joktru. U nqiegħed fuqhom ragħajja li jirgħuhom, u ma jitbeżżgħux aktar, ma jitwaħħxux; u ħadd minnhom ma jonqos – oraklu tal-Mulej.
Araw, għad jasal żmien – oraklu tal-Mulej – meta nqajjem lil David rimja ġusta, li jsaltan ta’ sultan, u jmexxi bil-għaqal u jagħmel is-sewwa u l-ħaqq fil-pajjiż. Fi żmienu Ġuda jkun salv, u Israel jgħammar fiż-żgur. U dan hu l-isem li jsejħulu: Il-Mulej is-Sewwa tagħna.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
BIEX JINKI ... BELA’ L-PIRMLI!
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 22 ta’ Lulju: Santa Marija Maddalena (F). Qari: Għanja tal-Għanjiet 3:1-4 jew 2 Korintin 5:14-17; Salm 62:2-6.8-9; Ġwanni 20:1-2.11-18.
It-Tlieta 23 ta’ Lulju: Santa Briġida, reliġjuża u patruna tal-Ewropa (F). Qari: Galatin 2:19-20; Salm 33:2-11; Ġwanni 15:1-8.
L-Erbgħa 24 ta’ Lulju: Ferja / San Xarbel Makhluf, presbiteru (T). Qari: Ġeremija 1:1.4-10; Salm 70:1-6.17; Mattew 13:1-9.
Il-Ħamis 25 ta’ Lulju: San Ġakbu, appostlu (F). Qari: 2 Korintin 4:7-15; Salm 125:1-6; Mattew 20:20-28.
Il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju: San Ġwakkin u Sant’Anna, ġenituri tal-Imqaddsa Verġni Marija (TO). Qari: Ġeremija 3:14-17; Salm Ġeremija 31:10.11-13; Mattew 13:18-23.
Is-Sibt 27 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T). Qari: Ġeremija 7:1-11; Salm 83:3-6.8.11; Mattew 13:24-30.

F= Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content