Is-16-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-16-il Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ MGĦALLEM QATT GĦAJJIEN

Il-Ħadd li għadda rajna kif Ġesù ma kienx milqugħ minn niesu stess. Issa kien wasal il-waqt li fih ikunu l-Appostli u d-dixxipli li jidħlu biex jagħtu daqqa t’id fix-xandir tal-Bxara t-Tajba u aktar ’il quddiem ikomplu waħedhom il-ħidma li beda l-Imgħallem. Iżda Ġesù basar li bħalma għamlu lilu kienu sa jagħmlu lilhom ukoll, għax id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu. Għalhekk f’din is-silta nsibuh jgħallem lit-Tnax kif kellhom iġibu ruħhom fil-missjoni tagħhom. Ħaġa li jeħtieġ li nżommu f’rasna hi li dawn l-istruzzjonijiet jiswew għalina wkoll li nixtiequ nkunu dixxipli fidili ta’ Ġesù. Ix-xhieda rridu nibqgħu nagħtuha anki meta minħabba fiha jkollna nħabbtu wiċċna ma’ għadd bla tarf ta’ xkilijiet f’dinja li ma tridx taf b’Alla, b’reliġjon, bi Knisja. Il-fiduċja sħiħa tagħna fil-mixja Nisranija trid tkun biss f’Alla u mhux fil-mezzi u l-għodda li bihom mingħalina li sa nxandru l-messaġġ aħjar... id-dinja għandha mezzi u għodda wisq aqwa minn dawk li jista’ jkollna aħna.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content