Go to content

Is-16 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Is-16 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (12: 13.16-19)

M’hemmx Alla ieħor ħliefek, li jieħu ħsieb kollox biex ikollok turih li ma qtajtx il-ħaqq ħażin. Għax is-setgħa tiegħek hi l-għajn tal-ġustizzja, u għax int Sid ta’ kollox, lil kulħadd tagħder.
Int turi saħħtek ma’ min ma jemminx fil-kobor ta’ setgħetek: u trażżan ’il dawk li, għalkemm jafuha, iqumu kontriha.
Għax sid il-qawwa, int tagħmel il-ħaqq bil-ħniena; lilna tmexxina bi tjieba kbira. Għalkemm għandek is-setgħa, issibha wkoll meta tridha.
B’dan l-għemil int għallimt lill-poplu tiegħek, li l-ġust għandu jkun twajjeb. Din hi t-tama sabiħa li inti tajt lil uliedek, li inti tagħti żmien għall-indiema ta’ dnubiethom.
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
ĦALLIEL STIL ANTIK

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 20 ta’ Lulju: Ferja / San Apollinaris, isqof u martri (T). Qari: Mikea 6:1-4.6-8; Salm 49:5-6.8-9.16bċ-17.21; Mattew 12:38-42.
It-Tlieta 21 ta’ Lulju: Ferja / San Lawrenz ta’ Brindisi, presbiteru u duttur tal-Knisja (T). Qari: Mikea 7:14-15.18-20; Salm 84:2-8; Mattew 12:46-50.
L-Erbgħa 22 ta’ Lulju: Santa Marija Maddalena (F). Qari: Għanja tal-Għanjiet 3: 1-4; jew 2 Korintin 5: 14-17; Salm 62,: 2-6.8-9; Ġwanni 20: 1-2.11-18.
Il-Ħamis 23 ta’ Lulju: Santa Briġida, reliġjuża u patruna tal-Ewropa (F). Qari: Galatin 2:9-20; Salm  33:2-11; Ġwanni 15:1-8.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju: Ferja / San Xarbel Makhluf, presbiteru (T). Qari: Ġeremija 3:14-17; Ġeremija 31:10-13; Mattew 13:18-23.
Is-Sibt 25 ta’ Lulju: San Ġakbu, appostlu (F). Qari: 2 Korintin 4: 7-15; Salm 125: 1-6; Mattew 20: 20-28.

F = Festa; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content