Is-16 Ħadd matul is-sena - Sena A
IT-TAJJEB U L-ĦAŻIN ID F'ID MA' XULXIN
Jekk il-Kelma xterdet u daħlet fil-qlub ta’ miljuni ta’ nies, għaliex għadna naraw id-dlamijiet minn fuq? Għaliex f’qalbna għandna s-sensazzjoni mistmerra li, minkejja l-elfejn sena tal-preżenza Nisranija, id-dinja għadha mgħarrqa fid-dlamijiet?
Il-ħażin jiżra’ bla waqfien is-sikrana. Ta’ min jiftakar li fid-dinja nżera’ qamħ tajjeb. Il-Ktieb tal-Għerf dan ifakkarhulna: jekk inħarsu lejn il-ħolqien bl-onestà malajr nagħrfu li Alla huwa l-ħallieq ta’ tant armonija u li, għalhekk, Alla huwa tajjeb u ta’ qalb ħelwa. Id-dinja sabiħa, il-bniedem tajjeb. Mhux lakemm temminha din, f’xi waqtiet. B’danakollu Ġesù din jgħidha b’serenità u qawwa, aktarx li aħna tlifna l-ħila li nħarsu sewwa, li naqraw ’il ġewwa minn dak li jidher, li naslu għall-essenzjal. Għadu jiżra’ s-sikrana, bil-moħbi, billejl. It-tajjeb u l-ħażin jikbru flimkien, aħna nintebħu meta l-ħaġa tikber, timxi, titwessa’. Meta nikbru. L-għaqal tas-sid jgħaġġibna: jibgħat lejn djarhom sewwasew lill-qaddejja mħeġġin li riedu lawn stil Ingliż, għax riedu jeħilsu malajr mis-sikrana. «Ħudu paċenzja», jgħid il-Mulej, biex ma nirriskjawx li naqilgħu il-qamħ it-tajjeb fis-saħna. Jien ukoll, bħall-qaddejja tal-parabbola, irrid nara ċar, irrid is-soluzzjonijiet, hawn u issa. Iżda le. Is-sikrana u l-qamħ jikbru fija, flimkien. Fija, mhux fil-ġar jew fl-imgħallem li ma jifhimnix. Fija. U l-Mulej minni wkoll jitlob is-sabar.