Is-16 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-16 Ħadd matul is-sena - Sena A
Il-QAMĦ U S-SIKRANA

«Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?» Ġesù ma joqgħodx ifisser b’mod astratt mnejn ġiet is-sikrana. Jgħid biss li dik il-biċċa għamilhielu «xi għadu», u jmur mill-ewwel fil-konkret u juri l-atteġġament li għandu jittieħed: is-sabar. «Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad.» Iżda, jekk naraw sew, mhux sabar biss. Ġesù għandu wkoll it-tama: hemm it-tajjeb u jeħtieġ ma nissugrawx naqilgħuh b’nuqqas ta’ sabar, b’ġustizzja mhux matura. L-istorja hi post fejn wieħed jitħarreġ fis-sabar u d-dmir kbir tagħna hu li naħdmu biex inkunu qamħ tajjeb għal Kristu. Dan ma jiċħadx l-importanza tal-ġustizzja. Iżda l-ġustizzja ta’ Alla mhijiex vendikattiva. Hija ġustizzja tal-ħniena u tat-tama li tixtieq tagħti l-maħfra u tittama li tiġġustifika lill-midneb. Tittama li tagħmlu ġust u jagħti l-frott.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content