Go to content

Ir-4 Ħadd il-Għid - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Ir-4 Ħadd tal-Għid - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (4:8-12)

F’dak iż-żmien, Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu, wieġeb: «Kapijiet tal-poplu u xjuħ, intom illum qegħdin tistħarrġuna fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan fieq. Mela kunu afu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta’ Israel: jekk dan ir-raġel hu hawn quddiemkom qawwi u sħiħ, dan ġara bis-saħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, li intom sallabtuh u Alla qajmu mill-imwiet.
Dan Ġesù hu l-ġebla li intom, il-bennejja, warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka.
F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 22 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 11:1-18; Salm 41:2-3; 42:3.4; Ġwanni 10:1-10.
It-Tlieta 23 ta’ April: Ferja tal-Għid / San Ġorġ, martri (T) / Sant’Adalbertu, isqof u martri (T). Qari: Atti 11:19-26; Salm 86:1-7; Ġwanni 10:22-30.  
L-Erbgħa 24 ta’ April: Ferja tal-Għid / San Fidiel minn Sigmaringen, presbiteru u martri (T). Qari: Atti 12:24-13: 5; Salm 66:2-3.5.6.8; Ġwanni 12:44-50.
Il-Ħamis 25 ta’ April: San Mark, evanġelista (F). Qari: 1 Pietru 5:5b-14; Salm 88:2-3.6-7.16-17; Mark 16:15-20.
Il-Ġimgħa 26 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 13:26-33; Salm 2:6-11; Ġwanni 14:1-6.  
Is-Sibt 27 ta’ April: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 13:44-52; Salm 97:1-4; Ġwanni 14:7-14.

Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content