Ir-4 Ħadd tal-Għid B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Ir-4 Ħadd tal-Għid sena B

IT-TRASFIGURAZZJONI TAL-BNIEDEM FL-IMĦABBA

«Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili.» Hawn ta’ min wieħed jgħid li t-traduzzjoni “ragħaj tajjeb” ma tgħinniex naraw l-għana kbir li jinsab fit-test Grieg li fl-istess ħin juri l-ġmiel tar-ragħaj [bil-Grieg: ‘o poimèn ‘o kalòs]. Il-kriterju tal-għarfien tal-leħen u tal-bixra tal-Maħbub hija l-wirja tal-ġmiel. Fejn jinsab hu, hemm jinsab il-veru ġmiel. Biex ma neħlux fl-estetika u kwalitajiet superfiċjali oħra, il-ġmiel li jidher fir-«Ragħaj is-Sabiħ» mhuwiex il-ġmiel estetiku li jidbiel, iżda l-ġmiel tal-imħabba li tagħti lilha nfisha fis-sewwa u fit-tjieba. Hawn hu fejn jidher il-ġmiel ta’ Ġesù ragħaj. U għalhekk l-ewwel wieħed li jħobbu huwa l-Missier: «Għalhekk iħobbni l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa’ neħodha.» Il-Vanġelu jgħidilna li t-trasfigurazzjoni tal-bniedem fl-Imħabba mhijiex biss ħaġa sabiħa, iżda hi l-mod waħdieni biex nifhmu l-Qawmien: biex niksbu l-ħila li nqumu!
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content