Il-Prezentazzjoni tal-Mulej - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija (3:1-4)
Dan jgħid il-Mulej Alla: Arawni, sa nibgħat il-messaġġier tiegħi iwitti t-triq quddiemi. U jasal minnufih fit-tempju tiegħu s-Sid mistenni minnkom.
U dan l-Anġlu tal-patt, li intom imxennqa għalih, dalwaqt ġej. Hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti. Min sa jiflaħ għal-jum il-miġja tiegħu? Min sa jżomm fuq riġlejh għad-dehra tiegħu? Għax hu bħan-nar tal-ħaddied, bħas-soder fin tal-ħassiela!
Jintefa’ bilqiegħda jdewweb u jnaddaf il-fidda, u jsaffi u jirfina n-nisel ta’ Levi bħallikieku deheb u fidda. Huma mbagħad jersqu quddiem il-Mulej b’offerta xierqa. U ssir togħġbu lill-Mulej kull offerta ta’ art Ġuda u Ġerusalemm, bħal fiż-żmien imbiegħed, bħal fis-snin ta’ qabel.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 3 ta’ Frar: Ferja / San Bjaġju, isqof u martri (T) / San Oskar Ansgarju, isqof (T). Qari: Lhud 11:32-40; Salm 30:20.21.22.23.24; Mark 5:1-20.
■ It-Tlieta 4 ta’ Frar: Ferja. Qari: Lhud 12:1-4; Salm 21:26b-27.28 u 30.31-32; Mark 5:21-43.
■ L-Erbgħa 5 ta’ Frar: Sant’Agata,verġni u martri (TO). Qari: Lhud 12:4-7.11-15; Salm 102:1-2.13-14.17-18a; Mark 6:1-6.
■ Il-Ħamis 6 ta’ Frar: San Pawl Miki u sħabu, martri (TO). Qari: Lhud 12:18-19.21-24; Salm 47:2-3a.3b-4.9.10-11; Mark 6:7-13.
■ Il-Ġimgħa 7 ta’ Frar: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja / Djoċesi ta’ Għawdex Beatu Piju IX¸ papa u fundatur tad-djoċesi (T). Qari: Lhud 13:1-8; Salm 26:1.3.5.8b-9abċ; Mark 6:14-29.
■ Is-Sibt 8 ta’ Frar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T) / San Ġirolmu Emiljani, presbiteru u reliġjuż (T) / Santa Ġużeppina Bakhita, verġni (T). Qari: Lhud 13:15-17.20.21; Salm 22:1-3a.3b-4.5.6; Mark 6:30-34.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.