Go to content

Il-Milied - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-Twelid ta' Sidna Ġesù
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (52: 7-10)

Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara, ta’ min ixandar is-sliem, ta’ min iħabbar ir-risq, ta’ min ixandar is-salvazzjoni, u jgħid lil Sijon: “Alla tiegħek isaltan.”
Ismagħha l-għajta! L-għassiesa tiegħek għollew leħenhom, ilkoll flimkien jgħajtu bil-ferħ, għax raw b’għajnejhom lill-Mulej rieġa’ lura f’Sijon. Intom, ħerbiet ta’ Ġerusalemm, għajtu lkoll bil-ferħ, għax farraġ il-Mulej il-poplu tiegħu, feda lil Ġerusalemm. Kixef il-Mulej id-driegħ tiegħu qaddis, quddiem il-ġnus kollha, u raw it-truf kollha tal-art is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.

IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju

It-Tnejn 26 ta’ Diċembru: San Stiefnu, protomartri (F). Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59; Salm 30:3-4.6-.8.16; Mattew 10:17-22.
It-Tlieta 27 ta’ Diċembru: San Ġwann, appostlu u evanġelista (F). Qari: 1 Ġwanni 1:1-4; Salm 96:1-2.5-6.11-12; Ġwanni 20:2-8.
L-Erbgħa 28 ta’ Diċembru: Il-Qaddisin Innoċenti Martri (F). Qari: 1 Ġwanni 1:5-2: 2; Salm 123:2-5.7-8; Mattew 2:13-18.
Il-Ħamis 29 ta’ Diċembru: Il-ħames jum fl-Ottava tal-Milied. Qari: 1 Ġwanni 2:3-11; Salm 95:1-3.5-6; Luqa 2:22-35.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru: Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi (F). Qari: Sirak 3:2-6.12-14; jew Kolossin 3:12-21; Salm 127:1-5; Mattew 2:13-15.19-23.
Is-Sibt 31 ta’ Diċembru: Is-seba’ jum fl-Ottava tal-Milied. Qari: 1 Ġwanni 2:18-21; Salm 95:1-2.11-12.13; Ġwanni 1:1-18.

F = Festa
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content