It-Twelid ta' Sidna Ġesù Kristu A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-Twelid ta Sidna Ġesù Kristu A
ISSIB LIL ALLA L-VERU
«Bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.» Is-sinjal ta’ ’l fuq minn elfejn sena ma jinbidilx. Għalina wkoll, is-sinjal biex insibu lil Alla, biex induqu l-hena tiegħu, biex nidħlu f’ħajtu, kien u jibqa’ dak tat-tarbija Ġesù. Kull min jimxi fit-triq tal-umiltà u tas-sempliċità tal-Inkarnazzjoni, isib lil Alla l-veru. Mhux arkitett li pproġetta u bena d-dinja, iżda Alla li tant ħabb id-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni. Alla li tant ħabb lill-bniedem li sar bniedem. Bl-umiltà ta’ dan Kristu fuq l-art tiddi l-glorja ta’ Alla fis-sema, għax il-glorja ta’ Alla mhijiex dija lussuża, iżda hi komunikazzjoni fidila ta’ mħabbtu li taf tinżel sal-maħbuba (l-umanità) biex terfagħha lejh. Il-jum tal-Milied jistedinna għall-ħlewwa, iżda attenti, il-ħlewwa mhijiex babberija, iżda l-qawwa tal-imħabba li toħloq mill-ġdid. Aħna msejħin biex nilqgħu lit-tfajjel fil-maxtura f’qalbna, mhux b’devozzjoni astratta, iżda b’qima vera lejn l-Iben u b’għotja vera lil ħutu adottivi.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content