Il-Magħmudija tal-Mulej - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (40:1-5.9-11)
«Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi – jgħid Alla tagħkom. Kellmu lil qalb Ġerusalemm u għidulha li ntemm il-jasar tagħha, tħallset ħżunitha, ħadet mingħand il-Mulej darbtejn għal dnubietha kollha.»
Leħen jgħajjat: «Ħejju t-triq għall-Mulej fid-deżert, wittu għal Alla tagħna mogħdija fix-xagħri. Jintradam kull wied, u jitniżżlu l-muntanji u l-għoljiet; kull art imħattba titwitta kull art imħarbta ssir maqgħad. U tfiġġ il-glorja tal-Mulej, u l-bnedmin jarawha lkoll f’daqqa, għax fomm il-Mulej tkellem.»
Itla’ fuq il-muntanja għolja, int li ġġib il-bxara t-tajba lil Sijon! Għolli leħnek bil-qawwa kollha, int li tagħti l-aħbar it-tajba lil Ġerusalemm; għajjat, la tibżax. Għid lill-ibliet ta’ Ġuda: «Hawn hu Alla tagħkom! Hawn hu Sidi l-Mulej, li ġej bil-qawwa, u jaħkem bil-qawwa ta’ driegħu. Hawn hu bi ħlasu miegħu, u r-rebħa tiegħu quddiemu. Bħal ragħaj li jirgħa l-merħla tiegħu; bi driegħu jiġmagħha, u l-ħrief fi ħdanu jerfagħhom; u n-nagħaġ ireddgħu bil-mod imexxihom.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 13 ta’ Jannar: Ferja / San Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja (T). Qari: Lhud 1:1-6; Salm 96:1 u 2b.6 u 7ċ.9; Mark 1:14-20.
■ It-Tlieta 14 ta’ Jannar: Ferja. Qari: Lhud 2:5-12; Salm 8:2a u 5.6-7.8-9; Mark 1:21-28.
■ L-Erbgħa 15 ta’ Jannar: Ferja. Qari: Lhud 2:14-18; Salm 104:1-2.3-4.6-7.8-9; Mark 1:29-39.
■ Il-Ħamis 16 ta’ Jannar: Ferja. Qari: Lhud 3:7-14; Salm 94:6-7.8-9.10-11; Mark 1:40-45.
■ Il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar: Sant’Anton, abbati (TO). Qari: Lhud 4:1-5.11; Salm 77:3 u 4bċ.6ċ-7.8; Mark 2:1-12.
■ Is-Sibt 18 ta’ Jannar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Lhud 4:12-16; Salm 18:8.9.10.15; Mark 2:13-17.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.