Il-Magħmudija tal-Mulej - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-Magħmudija tal-Mulej

INSIRU WLIED ADOTTIVI TA’ ALLA
 
Ninsabu ftit qabel il-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù meta kulħadd kien qiegħed jistenna l-miġja tal-Messija, għalhekk in-nies bdew jaħsbu li l-Messija kien Ġwanni l-Għammied. Dan kellimhom ċar u minn kliemu ħarġet mhux biss id-differenza bejnu u bejn Ġesù, li hu ma kienx jistħoqqlu jkun l-ilsir tiegħu: “Ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq”, imma ħarġet ukoll id-differenza bejn il-magħmudija ta’ Ġwanni, li kienet biss sinjal ta’ ndiema, u l-Magħmudija ta’ Ġesù, li hi sagrament u għaldaqstant mhijiex biss sinjal ta’ ndiema imma għandha l-qawwa li taħfer id-dnubiet: “Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar”. Ġesù kien jinsab fil-kju mal-midinbin biex bħalhom jagħmel att ta’ penitenza u jitgħammed minn Ġwanni. Dan juri li l-Iben ta’ Alla, li sar bniedem, sa mill-ewwel waqt tal-ħajja pubblika tiegħu ssieħeb mal-midinbin biex bl-opra tal-fidwa jressaqhom lejn l-imħabba tal-Missier. Huwa qaddes l-ilma biex bih u bl-Ispirtu s-Santu aħna neħilsu minn dnubietna u nsiru wlied adottivi ta’ Alla. Hawn għandna xena tixbah lil dik tat-Trasfigurazzjoni: it-Trinità ssemma’ l-approvazzjoni tagħha għall-missjoni ta’ Ġesù, li b’ubbidjenza reliġjuża mar-rieda tal-Missier issa sar l-għaxqa tiegħu fil-misteru tal-Inkarnazzjoni.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content