Go to content

Il-Familja Mqaddsa - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-Familja Mqaddsa
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (15:1-6; 21:1-3)

F’dak iż-żmien, ġiet il-kelma tal-Mulej lil Abram f’dehra u qallu: «La tibżax, Abram! Jiena tarka għalik; ħlasek ikun kbir ħafna.» U Abram qallu: «Sidi Mulej, x’sa tagħtini, għax sa nibqa’ bla tfal, u l-werriet ta’ dari sa jkun Eligħeżer ta’ Damasku.» U Abram żied jgħid: «Ara, int lili ma tajtnix nisel, u qaddej dari sa jiritni.» U ara, waslitlu l-kelma tal-Mulej u qallu: «Ma jirtekx dan, imma wieħed ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, hu għad jirtek.» U ħarġu barra u qallu: «Ħares sewwa lejn is-smewwiet u għodd il-kwiekeb, jekk għandek ħila tgħoddhom.» U żied jgħidlu: «Hekk għad ikun nislek.» U hu emmen fil-Mulej, u dan għaddhulu b’ġustizzja. U l-Mulej żar lil Sara bħalma kien qalilha, u għamel magħha dak li kien wegħedha. U Sara tqalet u wildet iben lil Abraham fi xjuħitu, fiż-żmien li kien qallu Alla. U Abraham semma ’l ibnu li twelidlu, li kienet wilditlu Sara, Iżakk.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 1 ta’ Jannar: L-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla (S). Qari: Numri 6:22-27; Salm 66:2-3.5.6.8; Galatin 4:4-7; Luqa 2:16-21.
It-Tlieta 2 ta’ Jannar: San Bażilju l-kbir u San Girgor Nazjanzenu, isqfijiet u dutturi tal-Knisja (TO). Qari: 1 Ġwanni 2:22-28; Salm 97:1.2-3ab.3ċd-4; Ġwanni 1:19-28.
L-Erbgħa 3 ta’ Jannar: Ferja ta’ Żmien il-Milied / L-Isem Imqaddes ta’ Ġesù (T). Qari: 1 Ġwanni 2:29 – 3:6; Salm 97:1.3ċd-4.5-6; Ġwanni 1:29-34.
Il-Ħamis 4 ta’ Jannar: Ferja ta’ Żmien il-Milied. Qari:1 Ġwanni 3:7-10; Salm 97:1.7-8.9; Ġwanni 1:35-42.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar: Ferja ta’ Żmien il-Milied. Qari: 1 Ġwanni 3:11-21; Salm 99:2-5; Ġw 1:43-51.
Is-Sibt 6 ta’ Jannar: Ferja ta’ Żmien il-Milied. Qari: 1 Ġwanni 5:5-13; Salm 147:12-13.14-15.19-20; Mark 1:7-11 jew Luqa 3:23-38.

S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.




ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content