Il-5 Ħadd tar-Randan - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (31:31-34)
Araw, għad jiġi żmien, oraklu tal-Mulej, meta jien nagħmel patt ġdid ma’ dar Israel u dar Ġuda; mhux bħall-patt li għamilt ma’ missirijiethom fiż-żmien meta qbadthom minn idejhom biex ħriġthom mill-art tal-Eġittu, il-patt tiegħi li huma kisru, għalkemm jien kont l-għarus tagħhom, oraklu tal-Mulej.
Imma dan ikun il-patt li għad nagħmel ma’ dar Israel wara dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej. Inqiegħed il-liġi tiegħi fosthom u niktibha f’qalbhom; u jiena nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi. Ma jgħallmux iżjed lil xulxin, u ħadd ma jgħid lil ħuh: «Agħraf il-Mulej», għaliex ilkoll kemm huma jkunu jafuni, miż-żgħir sal-kbir, oraklu tal-Mulej. Għax jien naħfrilhom ħżunithom, u ħtijiethom ma niftakarhomx aktar.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
Quddiesa libera: 2 Slaten 4:18-21.32-37; Salm 16:1.6-8.15; Ġwanni 11:1-45.
■ It-Tnejn 18 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan / San Ċirillu ta’ Ġerusalemm, isqof u duttur tal-Knisja (TL). Qari: Danjel 13:1-9.15-17.19-30.33-62; Salm 22:1-6; Ġwanni 8:1-11.
■ It-Tlieta 19 ta’ Marzu: San Ġużepp, Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija (S). Qari: 2 Samwel 7:4-5. 12-14. 16; Salm 88:2-5.27.29; Rumani 4:13.16-18.22; Mattew 1:16.18-21.24 jew Luqa 2:41-51.
■ L-Erbgħa 20 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 3:14-20.91-92.95; Salm Danjel 3:52-56; Ġwanni 8:31-42.
■ Il-Ħamis 21 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġenesi 17:3-9; Salm 104:4-5.6-7.8-9; Ġwanni 8:51-59.
■ Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 20:10-13; Salm 17:2-7; Ġwanni 10:31-42.
■ Is-Sibt 23 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Eżekjel 37:21-28; Salm Ġeremija 31:10-13; Ġwanni 11:45-56.
S = Solennità; TL = Tifkira Limitata.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.