Il-5 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd tar-Randan B

IL-WIĊĊ VERA TA' KRISTU


«Waslet is-siegħa li fiha Bin il-Bniedem ikun igglorifikat. Tassew tassew ngħidilkom: jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ waħedha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.» X’sens għandu dan it-tluq f’daqqa wara l-mistoqsija sempliċi tal-Griegi lil Filippu: «Nixtiequ naraw lil Ġesù»? Ġesù ried jiċċara malajr li min ried jarah tabilħaqq, ma kinux biżżejjed għalih l-għajnejn, iżda l-ħatra tal-ħajja kollha: «Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi.» Lil Ġesù narawh, mhux bl-għajnejn, iżda billi nqegħdulu ħajjitna f’riġlejh. Hu ma jċedix għall-kurżitajiet u ma joffrix mixjiet turistiċi fl-ispazji ta’ ħajtu, iżda jagħmel appell – illum bħall-bieraħ – «ejja u ara», għammar u ifhem. U lill-Griegi, forsi mistagħġbin bil-kliem tal-għerf jew bil-fama ta’ tawmaturgu, Ġesù jagħti mingħajr kompromessi l-iskandlu tas-salib. Il-wiċċ veru ta’ Kristu narawh “sfigurat” fuq is-salib u fl-eżaltazzjoni u l-glorifikazzjoni li jiġi mill-inżul tiegħu, mill-umiltà tiegħu.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content