Il-5 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (58:7-10)
Dan jgħid il-Mulej: “Mhux dan is-sawm li jiena rrid li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ, u ddaħħal f’darek lill-imsejken bla saqaf? Mhux li tlibbes lil min tara għarwien, u n-nies ta’ darek ma tinsihomx?
Imbagħad ifeġġ bħaż-żerniq id-dawl tiegħek, u malajr tagħlaqlek il-ġerħa tiegħek. Quddiemek timxi l-ġustizzja tiegħek, u l-glorja tal-Mulej timxi warajk.
Jekk biss issejjaħlu, iwieġeb il-Mulej; jekk tgħajjatlu, jgħidlek: “Hawn jien!” Jekk tneħħi minn nofsok il-moħqrija, ma tmiddx subgħek u ma tagħmilx deni bi lsienek, jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ, u xxabba’ qalb l-imnikket, imbagħad id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam, u s-swied tiegħek ikun bħan-nofsinhar.”
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 9 ta’ Frar: Santa Skolastika, verġni (TO). Qari: 1 Slaten 8:1-7.9-13; Salm 131:6-10; Mark 6:53-56.
■ It-Tlieta 10 ta’ Frar: Missierna San Pawl, Appostlu ta’ Malta (S). Qari: Għerf 14:3-7; Salm 106:21-31; Atti 27:16-28 jew 2 Korintin 11:18. 24-31; Mark 16:15-20.
■ L-Erbgħa 11 ta’ Frar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Lourdes (T). Qari: 1 Slaten 10:1-10; Salm 36:5-6.30-31.39-40; Mark 7:14-23.
■ Il-Ħamis 12 ta’ Frar: Ferja. Qari: 1 Slaten 11:4-13; Salm 105:3-4.35-37.40; Mark 7:24-30.
■ Il-Ġimgħa 13 ta’ Frar: Ferja. Qari: 1 Slaten 11:29-32;12:19; Salm 80:10-11ab.12-15; Mark 7:31-37.
■ Is-Sibt 14 ta’ Frar: San Ċirillu, raħeb, u San Metodju, isqof, Patruni tal-Ewropa (F). Qari: Atti 13: 46-49; Salm 116: 1-2; Luqa 10: 1-9.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.