Il-5 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-QAWWA TAL-ISPIRTU TINSAB FIR-RUĦ SAFJA
«Intom il-melħ tal-art… Intom id-dawl tad-dinja…». Iż-żewġ metafori tal-melħ u tad-dawl ifakkruna f’żewġ aspetti ta’ kif għandhom ikunu d-dixxipli ta’ Ġesù. Il-melħ mhux qiegħed hemm biex ikun hu nnifsu, iżda biex iħawwar l-ikel, biex jagħti t-togħma. B’din il-kwalità tiegħu, il-melħ juri l-aspett missjunarju, appostoliku tal-eżistenza tagħna. Min-naħa tiegħu, għad li d-dawl qiegħed hemm biex jingħata, iżda hemm aspett miżjud li jorbot mar-realtà tal-fanal. Il-fanal fih innifsu mhuwiex dawl, iżda jagħti d-dawl li jgħammar fih. Hekk hi ħajjitna bħala dixxipli u bħala missjunarji ta’ Kristu: aħna dawl daqskemm inħallu lil Kristu, «id-dawl veru li ġej fid-dinja», jgħammar u jaħdem fina. Mela ejjew nagħmlulu l-wisa’, aħna u nissaffew mill-inġiesa u mill-kontradizzjonijiet, għaliex, kif jgħallem San Bażilju l-Kbir, «hekk kif il-ħila li biha wieħed jara tinsab fl-għajn b’saħħitha, hekk ukoll il-qawwa tal-Ispirtu tinsab fir-ruħ safja.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content