Il-5 Ħadd tal-Għid - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (9:26-31)
F’dak iż-żmien, meta Sawl wasal Ġerusalemm beda jfittex li jissieħeb mad-dixxipli. Imma lkoll kienu jibżgħu minnu, għax ma kinux emmnu li tassew ikkonverta.
Imbagħad Barnaba qabdu u ħadu miegħu għand l-appostli. Hu qalilhom kif Sawl kien ra lill-Mulej fit-triq u semgħu jkellmu, u kif f’Damasku kien tkellem b’wiċċu minn quddiem fl-isem ta’ Ġesù. Għalhekk Sawl baqa’ magħhom, dieħel u ħiereġ Ġerusalemm, u kien jitkellem bil-miftuħ f’isem il-Mulej. Kien jitħaddet mal-Lhud Griegi u jiddiskuti magħhom; iżda huma kienu jfittxu li joqtluh. Meta l-aħwa saru jafu b’dan, niżżluh lejn Ċesarija u bagħtuh Tarsu.
Il-Knisja kienet fis-sliem fil-Lhudija u l-Galilija u s-Samarija kollha; kienet dejjem tikber u timxi ’l quddiem bil-biża’ tal-Mulej, u tiżdied fl-għadd bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 29 ta’ April: Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa (F). Qari: 1 Ġwanni 1:5-2: 2; Salm 102:1-4. 8-9.13-14.17-18; Mattew 11:25-30.
■ It-Tlieta 30 ta’ April: San Piju V, papa (TO). Qari: Atti 14:19-28; Salm 144:10-13.21; Ġwanni 14:27-31.
■ L-Erbgħa 1 ta’ Mejju: San Ġużepp Ħaddiem (TO). Qari: Ġenesi 1:26–2:3 jew Kolossin 3:14-15.17.23-24; Salm 89:2-4.12-14.16; Mattew 13:54-58.
■ Il-Ħamis 2 ta’ Mejju: Sant’Atanasju, isqof u duttur tal-Knisja. Qari: Atti 15:7-21; Salm 95:1-3.10; Ġwanni 15:9-11.
■ Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju: San Filippu u San Ġakbu, Appostli (F). Qari: 1 Korintin 15:1-8; Salm 18:2-5; Ġwanni 14:6-14.
■ Is-Sibt 4 ta’ Mejju: Ferja tal-Għid. Qari: Atti 16:1-10; Salm 99:1-3.5; Ġwanni 15:18-21.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.