Il-5 Ħadd tal-Għid B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-5 Ħadd tal-Għid sena B

L-IMĦABBA TA' ALLA GĦAL ULIEDU

X’iridu omm u missier li jħobbu lil binhom jekk mhux li ħajjet dan binhom tiffjorixxi? Bil-parabbola tad-dielja, Ġesù jġegħelna nirriflettu fuq fatt ta’ importanza kbira: jekk aħna li aħna limitati, immaturi fl-imħabba, nixtiequ l-aħjar għal uliedna, kemm aktar irid dan Missierna, dak li mhux biss iħobb, iżda li hu l-Imħabba nfisha? B’dan il-muftieħ, aħna msejħin biex nifhmu l-kura tal-Mulej f’ħajjitna: «Kull fergħa li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha biex tagħmel frott aktar.» Permezz ta’ analoġija naturali, il-Mulej jgħallimna t-tifsira tal-edukazzjoni li hu jagħti lill-magħżulin tiegħu. Mulej, f’din il-mixja tal-ħajja fejn ngħixu ż-żwieġ miegħek bħallikieku «wiċċ imb wiċċ billejl» (Eliżabetta tat-Trinità), għinni nafda ruħi f’idejk li tiżbor biex «tqegħedli mħabbti fl-ordni», biex tgħinni nagħmel aktar frott, biex tagħmilni dixxiplu ta’ Kristu msallab u mqajjem mill-mewt, biex iddawwalni bil-glorja tiddi tax-xbieha tiegħek.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content