Il-31 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (11:22–12:2)
Mulej, quddiemek id-dinja kollha qisha traba fil-miżien, jew qatra nida tal-għodwa li tinżel fuq l-art.
Iżda int tħenn għal kulħadd, għax tista’ kollox; int tagħlaq għajnejk għal dnubiet il-bnedmin biex huma jindmu.
Għax int tħobb il-ħlejjaq kollha, u xejn ma tistmell minn kulma għamilt; li kien hemm xi ħaġa li stajt tobgħodha, int ma kontx tagħmilha.
Kif setgħet tibqa’ xi ħaġa fid-dinja kieku int ma ridthiex? Jew kif setgħet iżżomm, kieku int ma sejjaħtilhiex?
Imma int, o Sid li tħobb kulma jgħix, lil kulħadd tagħder, għax kollox huwa tiegħek. Għax f’kulħadd hemm nifsek bla ma qatt jintemm.
Għalhekk int twiddeb bil-ftit il-ftit lil dawk li jonqsu, twissihom u tfakkarhom fejn dinbu, biex jerġgħu lura mill-ħażen tagħhom, u fik, Mulej, iqiegħdu t-tama tagħhom.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 31 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Ferja. Filippin 2:1-4; Salm 130:1-3; Luqa 14:12-14.
■ It-Tlieta 1 ta’ Novembru: Il-Qaddisin Kollha (S). Qari: Apokalissi 7:2-4.9-14; Salm 23:1-6; 1 Ġwanni 3:1-3; Mattew 5:1-12.
■ It-Tlieta 2 ta’ Novembru: Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin. Qari: l-ewwel quddiesa: Ġob 19:1.23-27; Salm 26:1.4.7-9.13-18; Rumani 5:5-11; Mattew 5:1-12. It-tieni quddiesa: Għerf 3:1-9; Salm 114: 5-6. 115: 10-11. 15-16; Rumani 5: 17-21; Mattew 11: 25-30. It-tielet quddiesa: Għerf 4:7-15; Salm 22:1-6; Rumani 6: 2-9; Mattew 25:1-13.
■ Il-Ħamis 3 ta’ Novembru: Ferja / San Martin de Porres, reliġjuż (T). Qari: Filippin 3:3-8; Salm 104:2-7; Luqa 15:1-10.
■ Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru: San Karlu Borromeo, isqof (TO). Qari: Filippin 3:17–4:1; Salm 121:1-5; Luqa 16:1-8.
■ Is-Sibt 5 ta’ Novembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Filippin 4:10-19; Salm 111:1-2.5-6.8.9; Luqa 16:9-15.
S = Solennità; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.