Il-31 Ħadd matul is-sena Ċ
MIN KIEN "TINI SELVAĠĠA" GĦALINA?
«Ikun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir.» Kif iħarsu lejja fil-ħajja dawk li niltaqa’ magħhom? Ġemgħa li taħbi biha lil Kristu? Jew siġra tat-tin selvaġġ li tagħtini dehra aħjar biex fiha nisma’ s-sejħa tal-Mulej? U fejn tinsab id-differenza bejn il-ġemgħa u s-siġra? Il-ġemgħa hija mċajpra, tidħol fin-nofs bħal xkiel bħal separju bejn il-bnedmin u Ġesù. Nista’ nkun dik il-ġemgħa mhux biss meta nxekkel jew ma nkunx xhud tajjeb b’ħajti, iżda anki meta ndawwar lin-nies lejja filwaqt li ndallam lil Ġesù. Meta, fi kliem ieħor, nidħol fin-nofs bejn il-bnedmin u Ġesù. Minflok inkun strument tal-Mulej ninqeda bih. Inkun tina selvaġġa meta nsir mezz, meta nkun disponibbli għall-Ispirtu biex jagħmel bija strument biex jerfa’ lill-oħrajn lejn il-Mulej... Aħna u nimmeditaw dan il-Vanġelu, tkun ħaġa sabiħa nieqfu ftit biex irroddu ħajr lil Alla għal min kien “tina selvaġġa” għalina.