Il-31 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-31 Ħadd matul is-sena Ċ
ITLA' MAS-SIĠRA!

Żakkew huwa manager ta’ suċċess: għamel flus kemm ried bil-kummissjonijiet mill-ġbir tat-taxxi għall-invażur Ruman. Iċ-ċittadini jqimuh u jibżgħu minnu: biżżejjed ġest minn tiegħu u jindaħlu s-suldati Rumani. Iżda baqa’ waħdu.

Żakkew semagħhom isemmu lill-Galilew, dak in-Nazzarenu li n-nies jemmnu li hu fejjieq, profeta, u ħaġa kurjuża, irid jarah bla ma jidher. Luqa, kittieb kbir, iressqilna quddiemna l-persunaġġ tiegħu f’mod negattiv: huwa l-kap tal-pubblikani u hu għani. U dak iż-żmien bħal-lum, min hu għani hu dejjem ammirat. U mibgħud. Il-ġemgħa, iżda, ma ħallitux jgħaddi. Bħalma b’niket ngħid li jiġri lilna wkoll bħala Knisja: insiru ħajt u nitilfu t-trasparenza. Mela s-soluzzjoni hi mur iġri ’l quddiem u itla’ ma’ siġra. Kemm nixtieq li l-Knisja ssir siġra li fuqha wieħed jitla’ biex jara ’l Ġesù għaddej! U ġara dak li ma kienx mistenni: ir-Rabbi Ġesù jilmħu u jitbissimlu: inżel, Żakkew, inżel malajr, ġej għandek. Żakkew baqa’ bla kliem: dan kif jaf ismi? Xi jrid mingħandu? Forsi fixklu ma’ xi ħadd ieħor? Ma jimpurtax: Żakkew jinżel bil-ġirja. Ġesù ma jiġġudikax, lanqas ma jibża’ mill-ġudizzju tal-għaqlin tal-bieraħ u tal-lum: imur għandu, jieqaf, jagħti s-salvazzjoni. Żakkew tħawwad, ħassu mirbuħ: f’għaxar minuti ħajtu nbidlet, il-famuż Jeshua bar Joseph, in-Nazzarenu, daħal f’daru.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content