Go to content

Il-25 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
Il-25 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Għamos (8:4-7)

Il-Mulej qalli: «Isimgħu dan, intom li tikkalpestaw l-imsejken, intom li ttemmu l-foqra tal-pajjiż, u tgħidu: “Meta sa jgħaddi l-qamar ġdid, ħa nbigħu l-qamħ? Meta sa jgħaddi s-Sibt ħa nferrgħu x-xgħir, inċekknu l-efa, u nkabbru x-xekel, u nqarrqu b’miżien falz, nixtru bil-flus il-foqra, u b’żewġt iqrieq l-imsejken? Inbigħu sal-karfa tal-qamħ.”»
Il-Mulej ħalef bil-foħrija ta’ Ġakobb: «Ma ninsa qatt xejn minn għemilhom!»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
It-Tnejn 22 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Eżdra 1:1-6; Salm 125:1-6; Luqa 8:16-18.
It-Tlieta 23 ta’ Settembru: San Piju ta’ Pietrelcina, presbiteru (TO). Qari: Eżdra 6:7-8.12.14-20; Salm 121:1-5; Luqa 8:19-21.
L-Erbgħa 24 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Eżdra 9:5-9; Salm Tobija 13:2-5.8; Luqa 9:1-6.
Il-Ħamis 25 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Ħaggaj 1:1-8; Salm 149:1-6.9; Luqa 9:7-9.
Il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru: Ferja / San Kosma u San Damjan, martri (T). Qari: Ħaggaj 1:15-2:9. Salm 42:1-4; Luqa 9:18-22.
Is-Sibt 27 ta’ Settembru: San Vinċenz de Paul, presbiteru (TO). Qari: Żakkarija 2:5-9.14-15a; Salm Ġeremija 31:10-12ab.13; Luqa 9:43b-45.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content