Il-25 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-25 Ħadd matul is-sena Ċ
INSIRU AĦNA NFUSNA JEKK INSIRU KOMUNJONI
 
Fil-bidu ta’ dan ir-rakkont tal-Vanġelu, bi sfida, Ġesù donnu jfaħħar id-diżonestà! Fis-sewwa, dal-Vanġelu fih messaġġi mill-aktar profondi. L-ewwel nett, Ġesù jfaħħar il-ħjiena u d-dehen fit-tmexxija tal-ġid materjali. L-amministratur diżonest, fehem li l-oġġetti jiksbu valur jekk joħolqu rabta, jekk isaħħu r-rabtiet. Huwa u jagħlaq għajn waħda fuq l-għan mhux proprju diżinteressat, il-personaġġ, bis-saħħa tal-oġġetti u lil hinn minnhom, resaq lejn il-persuni. It-tieni, u dan hu l-messaġġ veru tas-silta, Ġesù juri li anki dak li leġittimament hu tagħna mhuwiex tagħna għalkollox u li l-ġid tad-dinja hu b’xi mod “misluf” lilna biex ikun mezz ta’ għaqda u mhux għan fih innifsu. Dak li hu “tagħna” ngħata lilna biex aħna nsiru aħjar u nsiru aħjar aħna stess jekk insiru xbieha ta’ Alla Wieħed-u-Tlieta. Insiru aħna nfusna jekk insiru komunjoni.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content