Il-25 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-25 Ħadd matul is-sena Ċ
LIL MIN SA NAQDU: LIL ALLA JEW LILL-FLUS?

Dik tal-lum hija silta mimlija b’tagħlim sod iżda tista’ tiftiehem ħażin. L-ewwel nett Ġesù qed jgħidilna li l-flus qegħdin hemm biex jaqduna mhux biex aħna naqdu lilhom. Mela rridu namministawhom u mhux nintrabtu magħhom jew irrekknuhom u noqogħdu nitgħaxxqu bl-għoqda li jseħħilna ngeddsu. Imbagħad irridu nifhmu hawn Ġesù x’inhu jfaħħar. Ma jfaħħarx id-diżonestà tal-amministratur, imma jfaħħar il-ħjiena tiegħu, il-mod kif ħaddem moħħu biex jaħseb għall-ġejjieni tiegħu. Ġesù qisu jitniehed imnikket u jgħid: “Kieku jkollna l-istess enerġija fit-tiftix tal-ħwejjeġ ta’ Alla!” Il-Mulej qed iħajjarna nqumu min-ngħas u nħabirku aktar, b’ħeġġa aqwa, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rabta tagħna ma’ Alla u mal-ħajja tar-ruħ. Tal-biża’ l-frażi: “Ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl.” U dawk biex jiksbu ħaġa li malajr tintemm, filwaqt li aħna, ħafna drabi, nibqgħu donna berdin u ċċassati fi triqitna lejn ħajja ta’ hena li jibqa’ għal dejjem. F’ħajjitna trid issir għażla radikali: lil min sa naqdu: lil Alla jew lill-flus?
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content