Go to content

Il-25 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IL-25 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Għerf  (2:12.17-20)

In-nies il-ħżiena qalu: «Nonsbulu lill-ġust għaliex hu ta’ xkiel għalina fi triqitna, hu kontra l-għemejjel tagħna, iċanfarna għax niksru l-Liġi, jixlina għax immorru kontra t-tagħlim li ħadna.
Ħa naraw hux veru kliemu, naraw fl-aħħar x’sa jsir minnu. Jekk il-ġust hu iben Alla, jaqbeż għalih Alla, u jeħilsu minn id l-għedewwa tiegħu.
Inġarrbuh bit-tagħjir u l-moħqrija, biex naraw xi tjubija għandu u nkejlu sa fejn jasal sabru. Naqtgħuhielu għall-mewt b’mistħija, għax, kif jgħid hu, għandu min iħarsu.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
JOHN B’SAQAJH ’IL FUQ
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 23 ta’ Settembru: San Piju ta’ Pietrelcina, presbiteru (TO). Qari: Proverbji 3:27-34; Salm 14:2-5; Luqa 8:16-18.
It-Tlieta 24 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Proverbji 21:1-6.10-13; Salm 118:1.27.30.34.35.44; Luqa 8:19-21.
L-Erbgħa 25 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Proverbji 30:5-9; Salm 118:29.72.89.101.104.163; Luqa 9:1-6.
Il-Ħamis 26 ta’ Settembru: Ferja / San Kosma u San Damjan, martri (T). Qari: Koħelet 1:2-11; Salm 89:3-6.12-14; Luqa 9:7-9.
Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru: San Vinċenz de Paul, presbiteru (TO). Qari: Koħelet 3:1-11; Salm 42:1-4; Luqa 9:18-22.
Is-Sibt 28 ta’ Settembru: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T) / San Vinċeslaw, Re tal-Boemja, martri (T) / San Lawrenz Ruiz u sħabu, martri (T). Qari: Koħelet 11:9-12.8; Salm 89:3-6.12-14.17; Luqa 9:43-45.

TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content