Il-25 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-25 Ħadd matul is-sena B

IL-ĦLEWWA TAT-TFAL IŻ-ŻGĦAR
Ġesù jinsab ma’ ħbiebu jgħidilhom li minn hemm u ftit ieħor sa joqtluh. Iżda huma aktar kien moħħhom fi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mal-karriera: min kien l-akbar wieħed fil-grupp? Malajr jiġina li ngħidu li din hi mistoqsija barra minn lokha f’dik iċ-ċirkustanza. Iżda aktarx li dawn id-dixxipli huma beżgħana, mimlijin bid-dgħufija umana, bid-dubji, imħawdin b’dak li kien qed jgħid Ġesù. Il-ħolma ta’ Ġesù għadha mhijiex il-ħolma tagħhom. Infatti mhux lakemm wieħed jidħol fil-loġika tal-imħabba lejn l-għedewwa u dik li tgħidlek toqgħod l-aħħar. Iżda Ġesù jifhimha d-diffikultà tagħhom u l-ħlewwa tiegħu tant hi tal-għaġeb li tmiss il-qalb ta’ ħbiebu u tgħinhom jagħtu qabża ġdida ta’ kwalità fil-fidi. F’dan il-ġest ta’ ħlewwa liema bħalha naraw il-Vanġelu kollu miġbur fit-tgħanniqa ħelwa ta’ tarbija u l-Iben ta’ Alla jippreżenta ruħu bħala l-iżgħar fost kulħadd. Qaddej, tarbija, l-aħħar. Ġesù jitlob att ta’ kuraġġ mill-isbaħ: inħarsu l-ispontanjetà u l-ħlewwa tat-tfal iż-żgħar. It-tfal iż-żgħar ma jeħtiġux jitilgħu fil-għoli biex ikunu ferħanin, iżda jixtiequ biss jibqgħu fil-preżenza ta’ dawk li jħobbu.  


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content