Il-25 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (55:6-9)
Fittxu l-Mulej sakemm tistgħu ssibuh, sejħulu sakemm hu fil-qrib!
Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu; ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna.
Il-fehmiet tiegħi mhumiex fehmietkom, u t-triqat tiegħi mhumiex triqatkom. Oraklu tal-Mulej.
Għax daqskemm huma ogħla s-smewwiet mill-art, daqshekk ieħor huma triqati ’l fuq minn triqatkom, u l-fehmiet tiegħi mill-fehmiet tagħkom.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 25 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Esdra 1:1-6; Salm 125:1-2a.b.2ċd-3.4-5.6; Luqa 8:16-18.
■ It-Tlieta 26 ta’ Settembru: Ferja / San Kosma u San Damjan, martri (T). Qari: Esdra 6:7-8.12b.14-20; Salm 121:1-2.3-4a.4b-5; Luqa 8:19-21.
■ L-Erbgħa 27 ta’ Settembru: San Vinċenz de Paul, presbiteru (TO). Qari: Esdra 9:5-9; Salm Tobit 13:2.3-4a.4bċd.5.8; Luqa 9:1-6.
■ Il-Ħamis 28 ta’ Settembru: Ferja / San Vinċeslaw, re tal-Boemja, martri (T) / San Lawrenz Ruiz u sħabu, martri (T). Qari: Ħaggaj 1:1-8; Salm 149:1-2.3-4.5-6a u 9b; Luqa 9:7-9.
■ Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru: L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel (F). Qari: Danjel 7:9-10.13-14; jew Apokalissi 12:7-12a; Salm 137:1-5; Ġwanni 1:47-51.
■ Is-Sibt 30 ta’ Settembru: San Ġirolmu, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Żakkarija 2:5-9.14-15a; Salm Ġeremija 31:10.11-12ab.13; Luqa 9:43b-45.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.