Il-25 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-25 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-MIXJA TAGĦNA LEJN IL-MISSIER

Darba rabbi kien miexi fl-għelieqi u ltaqa’ ma’ għassies li kien qed jagħmel ir-ronda: «Għal min qed timxi?» staqsieh. «Għal sidi,» wieġbu, imbagħad żied: «U int, rabbi, għal min qed timxi?» Ir-rabbi baqa’ sieket għal ftit, ħarstu ħadet bixra meditattiva u serja, imbagħad refa’ ħarstu fejn l-għassies u staqsieh: «Trid taħdem għalija?» «U x’nagħmel?» «Ittennili biss il-mistoqsija: “Għal min qed timxi?”» Dan l-aneddotu rabbiniku jgħinna nirriflettu fuq dan il-Vanġelu. Jgħinna nifhmu għaliex is-sid jagħti bla ma jonqos munita lil kulħadd… Ir-rakkont u s-silta tal-Vanġelu jistednuni nagħmel kważi l-istess mistoqsijiet: U jien, għalfejn naħdem? U aktar: għal min naħdem? Għal min jien impenjat fil-qasam tal-ħajja? Il-premju sa jkun biss munita, dik il-munita hi l-istess kewn ta’ Alla. Jekk irridu ħaġ’oħra minfloku jfisser li ma nafux xi rridu. Jekk irridu ħaġ’oħra minfloku jfisser li rridu wisq u ftit wisq f’ħin wieħed. Jekk ma nifhmux li l-premju huwa l-ħidma għalih nitilfu l-akbar ferħ ta’ din il-ħajja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content