Il-25 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Il-25 Ħadd matul is-sena - Sena A
IL-ĦLAS ĠUST

L-ewwel ħaddiema. Meta jintebaħ li dawk ma kinux biżżejjed jerġa’ jmur ifittex ħaddiema oħrajn. Jiftiehem magħhom “il-ħlas ġust”. Żgur li jmur kontra r-regoli tal-ekonomija u jidher iblah. Fi tmiem il-jum ġara dak li ġara. Dawk tal-aħħar ħadu dinar. Dawk li bdew ix-xogħol mas-sebħ, għad li ftiehmu miegħu għal dinar, ħasbu li sa jieħdu aktar. Iżda le. Għalhekk talbu li dawk tal-aħħar jingħataw anqas. Ħasbu: nieħdu aktar. Iżda qalu: agħtihom anqas. Dawk tħabtu l-jum kollu, l-oħrajn tal-aħħar ħadmu siegħa waħda biss, u ħadu l-istess paga, inġustizzja kbira! Fit-teorija. Il-muftieħ biex nifhmu l-parabbola jinsab fil-mod kif jaħsbu. Ma jgħidux dak li jixtiequ leġittimament, jitolbu lis-sid jagħti anqas lill-oħrajn. Anqas minn dinar. Dan kien dak li seta’ jaqla’ l-anqas ħaddiem ta’ ġurnata xogħol biex ikun jista’ jitma’ lill-familja fi żmien Ġesù. Minflok appillaw għal dritt leġittmu, ħaduha mad-dgħajfin: talbu li jingħataw anqas mill-indispensabbli biex wieħed jgħix. Qawwija mad-dgħajfa, dgħajfa mal-qawwija.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content